The fifth anniversary of the episcopal ordination of the Archbishop and the launch of ‘Kelma ta’ Ħabib’
22/11/2017-
-
Nhar il‑Ġimgħa, 24 ta’ Novembru 2017, hu l‑ħames anniversarju tal‑ordinazzjoni episkopali tal‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Għal dan il‑għan, il‑Knisja tħeġġeġ lill‑Insara biex dakinhar jitolbu għal Mons. Arċisqof biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna meħtieġa fil‑qadi tal‑ministeru tiegħu bħala r‑Ragħaj tal‑Knisja f’Malta.
Dakinhar tal‑anniversarju, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Arċipretali tal‑Mosta, fil‑bidu tal‑Assemblea Djoċesana 2017. Kulħadd hu mistieden jingħaqad mal‑Arċisqof għal din il‑Quddiesa…
-