The Archbishop concludes his pastoral visit in London
13/09/2017-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum temm żjara pastorali f’Londra, l‑Ingilterra, li matulha mexxa ċ‑ċelebrazzjoni tal‑festa tal-Madonna tal-Vitorja fl‑okkażjoni ta’ Malta Day – UK, u żar il‑pazjenti Maltin li qed jingħataw il‑kura f’Londra.
Iċ‑ċelebrazzjoni tal‑festa tal‑Vitorja saret fil‑Katidral ta’ Westminster, is‑Sibt 9 ta’ Settembru, bħala parti mill‑attivitajiet organizzati mill‑Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra b’kollaborazzjoni mal‑għaqdiet tal‑Maltin fir‑Renju Unit.
Waqt l‑omelija, l‑Arċisqof ħeġġeġ biex filwaqt li niċċelebraw ir‑rebħiet fuq l‑assedji li għaddiet minnhom Malta, nitolbu li nirbħu wkoll dawk l‑assedji li qed iħabbtu lis‑soċjetà tal‑lum…