Rappreżentanti tal-Konferenza Ewropea tar-Radjijiet Insara (ECCR) iltaqgħu f’Malta għal-laqgħa annwali bit-tema: “Iż-żgħażagħ u r-radjijiet tagħna fid-dinamika tas-Sinodu taż-Żgħażagħ”.
Il-konferenza f’Malta, bejn is-17 u d-19 ta’ Ottubru 2017, ġiet organizzata minn Radju RTK.
Il-parteċipanti kellhom l-opportunità jiltaqgħu mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u jaqsmu l-esperjenza tagħhom tar-radjijiet Insara fil-pajjiżi rispettivi.
L-ECCR hi magħmula minn aktar minn 650 stazzjon tar-radju fi 15-il pajjiż Ewropew, u l-għan tagħha hu li tippromwovi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-umaniżmu Nisrani u l-ħidma ma’ awtoritajiet Ewropej…