Photos: Diocesan Celebration on the feast of Christ the King 2017
26/11/2017-
Waqt iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana fil-festa solenni ta’ Kristu Re u l-għeluq tas-sena liturġika, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar is-seba’ valuri tas-saltna ta’ Alla: il-verità, il-ħajja, il-qdusija, il-grazzja, il-ġustizzja, l-imħabba u s-sliem. Huwa appella lill-Insara sabiex jgħixu u japplikaw dawn il-valuri fil-ħajja ta’ kuljum. Fid-dawl ta’ dak kollu li qed jiġri madwarna, l-Arċisqof saħaq li bħala Nsara ma nistgħux inċedu għall-kultura fejn il-verità mhijiex aktar kriterju tar-relazzjonijiet ta’ bejnietna jew tal-governanza…