Inauguration of Senglea’s Christ the Redeemer statue
28/02/2018-
Nhar is‑Sibt, 3 ta’ Marzu 2018, ser tiġi inawgurata mill‑ġdid l‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil‑Bażilika tal‑Isla, wara x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni li sar. L‑inawgurazzjoni, li tibda fil‑5:30 p.m., ser tinkludi preżentazzjoni tax‑xogħol li sar matul l‑aħħar disa’ xhur ta’ ħidma intensiva.
Dan wara li l‑Parroċċa ta’ Marija Bambina kkummissjonat numru ta’ studji xjentifiċi sabiex isir ir‑restawr u l‑konservazzjoni tal‑istatwa li beda f’Mejju tas‑sena li għaddiet…