“Every nun is a story onto herself, a story of generosity” – The Vicar General to the Sisters of Charity helping at Dar tal-Providenza
13/01/2018-
Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn meta s-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Ġovanna Antida Thouret bdew il-ħdima tagħhom fid-Dar tal-Providenza, il-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar 2018, il-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi ċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament f’din id-Dar.
Għal din l-okkażjoni kienet preżenti wkoll Suor Mary Stephanos, il-Provinċjal tas-Sorijiet tal-Karità għal Malta u l-Italja u ġiet tirrappreżenta s-Superjura Ġenerali Suor Nunzia De Gori. …