Week of Sacrifice 2018
15/03/2018-
Bħal snin oħra, is‑Segretarjat Assistenza Soċjali tal‑Azzjoni Kattolika se jorganizza “Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju” minn nhar il‑Ġimgħa tad‑Duluri sal‑Ġimgħa l‑Kbira, jiġifieri bejn it‑23 u t‑30 ta’ Marzu 2018 bit‑tema: “ĠUSTIZZJA B’IMĦABBA”
Għal dan l‑iskop, matul id‑dati msemmija hawn fuq, f’kull knisja fl‑Arċidjoċesi għandhom jitqiegħdu kaxxi bil‑kitba “Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju”, biex nitfgħu fihom l‑offerti tagħna…