Photos: Senglea’s Christ the Redeemer statue inaugurated
04/03/2018-
Wara disa’ xhur ta’ studju u xogħol intensiv ta’ restawr u konservazzjoni, is-Sibt filgħaxija, 3 ta’ Marzu 2018, ġiet inawgurata l-istatwa ta’ Ġesù Redentur fil-Bażilika tal-Isla.
Matul ir‑Randan kollu, l‑istatwa ser tkun għall‑qima u d‑devozzjoni tal‑pubbliku fil‑Bażilika stess. Wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa ser isir trattament speċjali li jipproteġi din x‑xbieha mill-elementi, u għalhekk, matul ix‑xahar ta’ April, ir‑Redentur mhux ser ikun espost għall‑qima tal‑pubbliku…