Photos: Young people in dialogue with priests
2018 in-service course for priests comes to an end
02/06/2018-
Ġie fi tmiemu l-aġġornament annwali għall-membri tal-Kleru (in-service course) li sar fis-Seminarju tal-Arċisqof, fejn matul dawn it-tlett ijiem, is-saċerdoti kellhom l-opportunità jisimgħu direttament miż-żgħażagħ dwar kif iħarsu lejn il-Knisja. Is-seba’ żgħażagħ ta’ etajiet differenti li indirizzaw lis-saċerdoti kienu: social worker, tattoo artist, sound engineer, studenti tal-hairdressing u żagħżugħ Kattoliku li jaħdem f’negozju tal-familja.
It-tema magħżula għall-aġġornament ta’ din is-sena ntagħżlet fid-dawl tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ li sejjaħ il-Papa Frangisku f’Ottubru li gej…