The Diocesan Ecumenical Commission 2018-2022
23/10/2018-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ġedded il‑ħidma tal‑Kummissjoni Ekumenika Djoċesana għall-erba’ snin li ġejjin (2018-2022) bil‑ħatra ta’ membri ġodda. Dan filwaqt li kkonferma l‑membri li diġà kienu parti mill‑kummissjoni.
L‑irwol tal‑Kummissjoni Ekumenika huwa li tgħin lill‑Knisja fir‑relazzjonijiet ma’ Nsara ta’ Knejjes oħra, trawwem kuxjenza ekumenika fost il‑Kattoliċi u tħeġġeġ għat‑talb għall‑għaqda fost l‑Insara.
Mons. Prof. Hector Scerri ġie kkonfermat bħala president tal‑kummissjoni…