New director for Missio Malta
28/06/2018-
-
Il‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli tas-Santa Sede ħatret lil Mons. Valentino Borg bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta (l-Opri Missjunarji Pontifiċji) għall‑ħames snin li ġejjin (2018-2023).
Il‑MISSIO għandu l‑għan li jgħin lill‑Papa fit‑tixrid tal‑ispirtu missjunarju fost il‑qassisin, reliġjużi, adulti u tfal u jinkoraġġixxi l‑għajnuna lill‑foqra permezz ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Il-MISSIO jieħu ħsieb ukoll ix‑xandir tal‑Kelma ta’ Alla f’dawk il‑pajjiżi li qatt ma ġew evanġelizzati…
-