Eco-friendly initiatives taken by the Archdiocese of Malta
28/11/2018-
L‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed tkompli tinvesti f’enerġija nadifa u timplimenta inizjattivi favur l‑ambjent. Fil-preżent qed tiġi installata sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fuq il‑bini tal‑Kurja tal‑Arċiqsof, il‑Furjana. Madwar 40 entità oħra tal‑Knisja f’Malta, fosthom għadd ta’ parroċċi u djar għall‑anzjani, diġà qed jagħmlu użu minn enerġija ġġenerata mill-pannelli fotovoltajċi.
Matul l‑aħħar ġimgħat, fil‑kmamar u fl‑uffiċċji tal‑Kurja twaħħlu bozoz energy saving, qed isir użu aħjar mid‑dawl naturali u nbidlu monitors u kompjuters għal oħrajn li jużaw inqas enerġija…