President Vella says that the murder of Lassana Cisse is a stain on Malta’s conscience
05/06/2019-
Il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mal-Kummissjoni Emiganti, bi żjara f’Dar l-Emigrant fil-Belt u s-Sorijiet tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan, li joffru diversi servizzi b’xejn lill-immigranti li jiġu Malta jfittxu ħajja aħjar minn art twelidhom minħabba gwerra jew faqar.
Il-President Vella ngħata merħba minn Monsinjur Alfred Vella u Monsinjur Philip Calleja mal-wasla tiegħu f’Dar l-Emigrant fil-Belt Valletta. Hawnhekk iltaqa’ mal-immigranti li jibbenefikaw mis-servizzi ta’ din l-għaqda mhux governattiva, filwaqt li tkellem mal-voluntiera li jaħdmu f’dan il-qasam…














