123 persons graduate from the Institute of Pastoral Formation
23/11/2018-
123 persuna temmew b’suċċess wieħed mill‑14‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret nhar it‑Tlieta, 20 ta’ Novembru 2018, fil‑knisja ta’ San Duminku, ir‑Rabat, u tmexxiet mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Iċ‑ċerimonja bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.
Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu fl‑oqsma tal‑familja, it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja, l‑ekumeniżmu, l‑ispiritwalità Franġiskana, l‑evanġelizzazzjoni, il‑liturġija, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Karmelitana u l‑istudju tal‑Bibbja…