Photos: The first day of the 2018 Diocesan Assembly
23/11/2018-
Il-Ħamis, 22 ta’ Novembru 2018, bdiet l-Assemblea Djoċesana 2018, fejn matulha qed isir evalwazzjoni tad‑dokumenti tas‑Sinodu Djoċesan li sar bejn l‑1999 u l‑2003.
Fl-ewwel jum tal-Assemblea ġew diskussi d-dokumenti tas-Sinodu Kultura-Soċjetà-Knisja, Djakonija u Ġustizzja, Lajċi Nsara, Żwieġ u Familja u Adolexxenti u Żgħażagħ.
Fi spirtu ta’ djalogu, il‑Knisja qed tħares lejn l‑iżviluppi li seħħew fil‑kultura u fis‑soċjetà Maltija fl‑aħħar snin, u tara kif tkompli twassal il‑Bxara t‑Tajba fid‑dawl tat‑tagħlim tal‑Papa Franġisku…