Five seminarians to be ordained deacons
07/05/2019-
Ħames seminaristi ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il‑Ħadd, 12 ta’ Mejju 2019. Il-Quddiesa ser issir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:00 a.m. Il‑ħames seminaristi li ser jiġu ordnati djakni huma:
- Osmar Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ San Nikola, is‑Siġġiewi
- David Borg mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar
- Christopher Bugeja mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat
- Jonathan Debattista mill‑Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien
- Tony Pace mill‑Parroċċa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi
Permezz tal‑ordinazzjoni, id‑djakni l‑ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd…