The spiritual betrayal experienced by victims of abuse – The Archbishop
An interview by John Allen, editor-in-chief of Crux online
13/11/2019 University of Notre Dame, Indiana, USASegwi t-taħdita pubblika mal-Arċisqof fil-filmat (fuq)
L-Arċisqof Charles J. Scicluna lbieraħ ġie intervistat minn John Allen, il-kap editur tal-gazzetta online Crux, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali minn membri tal-kleru. L-Arċisqof kien il-mistieden tal-Università ta’ Notre Dame f’Indiana, l-Istati Uniti, għal taħdita pubblika li għaliha attendew mijiet ta’ persuni fosthom għadd kbir ta’ studenti universitarji.
Waqt l-intervista l-Arċisqof semma’ kif ftit tal-jiem ilu, waqt li kien il-Messiku għall-kungress għall-Amerika Latina dwar il-protezzjoni tat-tfal, huwa ltaqa’ mill-ġdid ma’ Juan Carlos Cruz, wieħed mill-vittmi li kien iltaqa’ miegħu meta mar iċ-Ċilì fuq talba tal-Papa Franġisku… Read more »











