The President of Malta visits id-Dar tal-Providenza
15/05/2019-
Il-President ta’ Malta Dr George Vella akkumpanjat mis-Sinjura Vella, għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza. F’diskors lir-residenti u ħaddiema qal li fid-Dar tal-Providenza jara miraklu ħaj li jiġġedded kuljum. Huwa żied jgħid li spiċċa ż-żmien meta persuna b’diżabilità kienet tiġi mwarrba jew ma tingħatax l-attenzjoni li ħaqqha. Din hija xi ħaġa li tirrifletti l-iżvilupp tas-soċjetà tagħna fejn il-persuni b’diżabilità jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt u mhux b’karità. Il-President qal li din hija xi ħaġa li verament tgħolli d-dinjità tal-bniedem għax kull bniedem, anke jekk għandu xi nuqqasijiet, huwa xbieha ta’ Alla u jistħoqqlu r-rispett ta’ kulħadd. Dr Vella temm billi rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha għad-dover u x-xogħol li qed jagħmlu f’isem is-soċjetà…