An experience in San Patrignano community
25/07/2019-
Staff minn proġett Tama Ġdida, fi ħdan Caritas Malta, għadhom kif temmew esperjenza ta’ formazzjoni fil-Komunità ta’ San Patrignano f’Rimini, l-Italja.
San Patrignano hi komunità li tħaddan madwar 1,400 resident li jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni fuq tipi ta’ dipendenzi differenti. Hija meqjusa bħala l-ikbar komunità terapewtika residenzjali fid-dinja, li ilha taħdem għal dawn l-aħħar 40 sena ma’ persuni li għandhom problema ta’ dipendenza tad-drogi u biex ikunu jistgħu jirritornaw f’soċjetà ħielsa minn dawn id-dipendenzi…