Plenary Indulgence commemorating the 800th anniversary of the martyrdom of St Angelo of Jerusalem, Carmelite
05/05/2020Il-Kappella ta’ Forti Sant’Anġlu armata għal din l-okkażjoni mill-Parroċċa tal-Birgu u Heritage Malta. Ritratt: Pierre Balzia
F’għeluq it-800 sena mill-martirju ta’ Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm, il-Penitenzjerija Appostolika tat l-indulġenza Plenarja għas-sena 2020-2021 mill-5 ta’ Mejju sa għeluq il-Ġublew fl-istess data. L-indulġenza tinkiseb:
- fis-Santwarju ta’ Sant’Anġlu f’Licata
- fil-‘Knisja Omm’ ta’ Sant’Angelo Muxaro, fejn il-qaddis qatta’ żmien bħala eremita fl-għerien kif ukoll evanġelizza in-nies tal-post,
- fl-Arċidjoċesi ta’ Agrigento,
- fil-knejjes Karmelitani kollha mxerrda madwar id-dinja, u
- fil-knejjes u l-kappelli li fihom hemm il-kult ta’ Sant’Anġlu jew huma ddedikati lilu.
Hawn Malta, insibu ħjiel ta’ devozzjoni antika lejn Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm, li tmur lura sa 54 sena minn wara mewtu… Read more »











