Bishop Galea-Curmi meets the new Church school educators
Bidu tas-Sena Skolastika 2019-2020 fl-iskejjel tal-Knisja
20/09/2019-
Bi tħejjija għall‑ftuħ tas‑sena skolastika, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi ltaqa’ mal‑edukaturi l‑ġodda fl‑iskejjel tal‑Knisja waqt seminar organizzat mis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija. L‑Isqof rringrazzja lill‑għalliema u wera l‑apprezzament tal‑Knisja f’Malta għall‑ħidma tagħhom. Hu stedinhom biex fis‑servizz li jagħtu jgħaqqdu flimkien żewġ aspetti importanti: il‑professjonalità u x‑xhieda ta’ ħajja Nisranija. Hu qal li l‑edukazzjoni fl‑iskejjel tal‑Knisja għandha tkun sostnuta bil‑valuri tal‑Evanġelju u tgħin lill‑istudenti biex ikollhom l‑għeruq tagħhom f’dawn il‑valuri…