Malta’s final farewell to Cardinal Prospero Grech OSA
06/01/2020 Statement by the Augustinian Province in Malta and the Archdiocese of MaltaIl-Provinċja Agostinjana Maltija, flimkien mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, għaddejja bit-tħejjijiet għall-aħħar tislima f’Malta lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Prospero Grech.
Il-fdalijiet tal-Kardinal Grech jaslu Malta nhar l-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2020. Fl-4:30 pm, il-korteo funebri jasal il-Birgu, fejn twieled u tgħammed, biex isir mument ta’ talb fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz. Fis-6pm, il-korteo jitlaq mill-Birgu lejn il-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark, ir-Rabat. Dak il-ħin il-kunvent ma jkunx miftuħ għall-pubbliku… Read more »