Private pilgrimage of St Gregory by the Archbishop
15/04/2020 Iż-ŻejtunIllum, 15 ta’ April 2020 l-Arċisqof Charles Jude Scicluna għamel b’mod privat il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor, mill-Kappella ta’ San Klement fejn għamel mument ta’ talb, sal-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun, fejn l-Arċisqof ta wkoll il-barka.
Dan il-pellegrinaġġ is-soltu jsir ta’ kull sena l-Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir tal-Mulej u f’ċirkustanzi normali jattendu għadd kbir ta’ nies, fosthom il-Kapitlu tal-Katidral u l-fratellanzi. Il-purċissjoni kienet bdiet issir fl-1543, ftit snin qabel l-Assedju l-Kbir, bħala talba lil Alla biex issaltan il-paċi fost in-nazzjonijiet Ewropej fi żmien ta’ periklu kbir… Read more »