News

The art of listening in the life and work of the parish priest

Live-in for Parish Priests 2020

  The Archbishop's Seminary, Tal-Virtù

Patri Martin Micallef OFM Cap – wiehed mill-kelliema waqt il-live-in

Fit-tlett ijiem ta’ formazzjoni ta’ din is-sena, il-kappillani tas-70 parroċċa f’Malta għażlu li jitħarrġu fl-arti tas-smigħ. Dan sar waqt il-live-in annwali li ntemm il-Ħamis 9 ta’ Jannar, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi attendew għal-live-in u mexxew iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddies flimkien mal-kappillani.

Matul dawn il-ġranet, il-kappillani ħadmu fuq numru ta’ attitudnijiet u ħiliet marbuta ma’ tliet aspetti essenzjali tas-smigħ: is-smigħ ta’ Alla, is-smigħ ta’ xulxin, u s-smigħ tar-realtà ta’ madwarna… Read more »

Live: Mass for couples married in 2019

Is-Sibt 11 ta’ Jannar, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li żżewġu matul l-2019, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Il-quddiesa, organizzata mill-Moviment ta’ Kana, tibda fil-5:30pm. Read more »

People bid farewell to Cardinal Prospero Grech in Rabat

A day of national mourning

  Chapel of the Convent of St Mark, Rabat

Illum 9 ta’ Jannar 2020, il-kappella tal-Kunvent ta’ San Mark, fir-Rabat miftuħa għall-pubbliku sa nofsinhar għal min jixtieq jagħti l-aħħar tislima lill-Kardinal Prospero Grech. Hemmhekk wieħed jista’ jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi.

F’nofsinhar tindaqq mota funebri fil-knejjes kollha f’Malta u Għawdex.

Fis-1:40pm, it-tebut jittieħed fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, u fis-2pm issir quddiesa praesente cadavere b’suffraġju tal-Kardinal, ippreseduta mill-Arċisqof Charles J… Read more »

Vittoriosa bids farewell to Cardinal Prospero Grech

  Collegiate Church of St Lawrence, Vittoriosa

L-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2020, waslu Malta minn Ruma l-fdalijiet tal-Kardinal Prospero Grech. Fl-4:30pm il-korteo funebri wasal il-Birgu, fejn twieled u tgħammed il-Kardinal, fejn sar mument ta’ talb fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz.

Wara, l-korteo telaq mill-Birgu lejn il-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark, ir-Rabat, sabiex għada, il-Ħamis 9 ta’ Jannar, bejn id-9am u nofsinhar, il-fdalijiet tal-Kardinal Grech jitqiegħdu fil-kappella tal-kunvent għall-qima tal-pubbliku… Read more »

Watch: The shipwreck trial – between the salvation of God and the hospitality of the Maltese people – Pope Francis during the General Audience

Catechesis on the Acts of the Apostles

  Paul VI Hall, the Vatican

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, fl-aħħar parti tiegħu, jirrakkonta li l-Evanġelju jkompli bil-mixja ħafifa tiegħu mhux biss fuq l-art imma wkoll fuq il-baħar, fuq ġifen li jwassal lil Pawlu priġunier minn Ċesarija lejn Ruma (ara Atti 27:1-28:16), fil-qalba tal-Imperu, biex isseħħ il-kelma tal-Irxoxt: “Tkunu xhieda tiegħi […] sa truf l-art” (Atti 1:8). Aqraw il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli u taraw kif l-Evanġelju, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, jasal għand il-ġnus kollha, isir universali… Read more »

Live: Mass for the repose of the soul of Cardinal Prospero Grech

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Jannar ser issir quddiesa praesente cadavere b’suffraġju għall-Kardinal Prospero Grech, ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Flimkien mal‑Arċisqof ser jikkonċelebraw l‑Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta; l‑Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku tad‑Djoċesi ta’ Għawdex; l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi; u l‑Isqof Pawlu Darmanin, Isqof Emeritu tad‑Djoċesi ta’ Garissa, il-Kenja. Il-quddiesa tibda fis‑2pm. Read more »

Malta’s final farewell to Cardinal Prospero Grech OSA

  Statement by the Augustinian Province in Malta and the Archdiocese of Malta

Il-Provinċja Agostinjana Maltija, flimkien mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, għaddejja bit-tħejjijiet għall-aħħar tislima f’Malta lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Prospero Grech.

Il-fdalijiet tal-Kardinal Grech jaslu Malta nhar l-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2020. Fl-4:30 pm, il-korteo funebri jasal il-Birgu, fejn twieled u tgħammed, biex isir mument ta’ talb fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz. Fis-6pm, il-korteo jitlaq mill-Birgu lejn il-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark, ir-Rabat. Dak il-ħin il-kunvent ma jkunx miftuħ għall-pubbliku… Read more »

The Three Kings never looked back – The Auxiliary Bishop

Perpetual Profession of an Augustinian Sister, Sr Rachel Camilleri

  The Parish Church of St Joseph the Worker, Birkirkara

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għażiża Sr Rachel, fost it-tifkiriet sbieħ ta’ din il-ġurnata speċjali għalik, nixtieq li tiftakar f’ħaġa partikulari li tgħaqqad flimkien din il-festa sabiħa tal-professjoni perpetwa tiegħek u s-solennità tal-Epifanija tal-Mulej li qed niċċelebraw illum mad-dinja kollha: ftakar li l-maġi qatt ma ħarsu lura.

Kellhom vjaġġ twil, kellhom biċċa xogħol biex jaslu sa għand Ġesù, kellhom diversi ostakli u inċertezzi… Read more »

The funeral of Cardinal Prospero Grech in Rome

  The Vatican, Rome

Ritratt: Servizio Fotografico Vaticano

The funeral of Cardinal Prospero Gech on Thursday 2 January, 2020, was attended by the Bishops of Malta, Mgr. Charles J. Scicluna and Mgr. Mario Grech. Mgr. Scicluna was near the hearse when it arrived on Santa Marta Square in the Vatican City. The Archbishop blessed the coffin and accompanied the procession, which was led by the Dean of the Chapter of St Peter, together with the Maltese altar boys and the choir of the Cappella Giulia… Read more »

Two new candidates for the priesthood

Two seminarians, who are currently in their fifth year of studies at the Archbishop’s Seminary, will ask Archbishop Charles J. Scicluna to accept them officially as candidates for the Ordination to the Diaconate and the Priesthood. This celebration will be held tomorrow, Sunday 5th January 2020, during Epiphany Mass at St John’s Co‑Cathedral, Valletta, at 9:15 a.m.

Sean Abela from St Paul’s Parish, Rabat, and Jean‑Claude Attard from St Anne’s Parish, Marsaskala, will publicly manifest their will to offer themselves to the Church to serve in the ministerial priesthood… Read more »