Live: Diaconate Ordination Mass – 27 June, 9:30am
27/06/2020 The Parish Church of St Catherine, iż-ŻejtunErba’ kandidati ser jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof Charles Scicluna nhar is-Sibt, 27 ta’ Ġunju 2020, fid-9:30am. Il-Quddiesa se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sta Katerina, iż-Żejtun, tixxandar live fuq TVM2, Newsbook.mt, u l-YouTube Channel u l-paġna ta’ Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
L-erba’ kandidati li ser jiġu ordnati djakni huma:
- Roderick Baldacchino mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żejtun
- Joshua Cortis mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun
- Jean-Claude Schembri mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żejtun
- Mark Scicluna tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini
Il-komunità tas-Seminarju u l-komunitajiet reliġjużi qed jistiednu lill-Insara biex jingħaqdu magħhom f’mument ta’ talb li ser jixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Parroċċa tal-Mosta, illum, il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju fit-8pm mill-Bażilika tal-Mosta, fejn ser isir talb għas-saċerdoti ġodda u għal iżjed vokazzjonijiet… Read more »