The Archbishop visits the National Blood Transfusion Service
14/06/2021L-Arċisqof Charles Jude Scicluna żar is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamanġa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. Iż-żjara bdiet fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn l-Arċisqof iltaqa’ mad-donaturi tad-demm u mal-ħaddiema, u kompliet fil-laboratorji fejn isir il-proċess li tgħaddi minnu kull borża demm qabel ma tingħata lill-pazjenti.
Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof stieden lil kull min hu f’saħħtu sabiex imur jagħti d-demm li qal hija għotja konkreta ta’ mħabba… Read more »