News

Ħ’Attard parish church façade is inaugurated

A project co-financed by EU funds

Tlesta x‑xogħol ta’ restawr fuq il‑faċċata u l‑ħajt ta’ ġenb wieħed tal‑knisja parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħ’Attard, xogħol li sar b’investiment ta’ €61,000 b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll il‑Kap tat‑Taqsima Proprjetà tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Roberto Buontempo, u l‑kappillan Dun Joseph Grech.

Permezz ta’ dan il‑proġett, li għalih ikkontribwixxa wkoll il‑poplu ta’ Ħ’Attard, twettaq xogħol ta’ restawr fuq il‑faċċata u l‑ġenb tal‑knisja wara li dawn ġew affettwati mid‑deterjorazzjoni tal‑ġebla, fosthom l‑espożizzjoni għall‑elementi naturali, l‑umdità u t‑tniġġis tal‑arja… Read more »

Live: The Funeral Mass of Fr Nicholas Cachia

  The Parish Church of St Nicholas, Siġġiewi

The funeral Mass of Fr Nicholas Cachia will be held on Friday, 13th August 2021, at Siġġiewi parish church. Mass will be presided by Archbishop Charles Scicluna at 4pm. Read more »

A new Church project to empower youths in Senglea

A project co-financed by EU Funds

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta, permezz tal‑Fondazzjoni għall‑Opri Soċjali, applikat u ngħatat il‑fondi tal‑Unjoni Ewropea biex tmexxi proġett soċjali għaż‑żgħażagħ tal‑Isla. L‑għan ewlieni tal‑proġett hu li jħeġġeġ u jagħti l‑għodda meħtieġa lill‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ ta’ bejn 12 u 19‑il sena, sabiex ikollhom esperjenzi pożittivi u opportunitajiet ġodda permezz ta’ programmi ta’ taħriġ.

Dan il‑proġett b’investiment ta’ €86,000, li 80% ser jiġu ffinanzjati mill‑Fond Soċjali Ewropew, tħabbar waqt konferenza tal‑aħbarijiet li saret dalgħodu fil‑Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina fl‑Isla… Read more »

2020 Financial Report: Substantial decrease in Church collections due to the pandemic

In 2020, the Archdiocese of Malta, which includes more than 100 entities and employs more than 1,300 people, registered a significant decrease in its surplus from €3.5 million in 2019 to €1.2 million in 2020. The two main factors which contributed to this surplus were a one-off donation in shares to Fondazzjoni Sebħ, as well as inheritance received by Dar tal-Providenza and Dar tal-Kleru.

This was announced by the Administrative Secretary of the Archdiocese, Michael Pace Ross, during a press conference at the Archbishop’s Curia where he explained that the pandemic brought about great challenges… Read more »

New appointments in various parishes in Malta

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Santa Luċija

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Ronnie Zammit bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Piju X, Santa Lucija.

Dun Ronnie Zammit twieled fid‑9 ta’ Marzu 1982. Huwa rċieva l‑formazzjoni għas‑saċerdozju fis‑Seminarju tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u segwa l‑istudji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2009.

Dun Ronnie serva fil‑parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, u kien viċi kappillan tal‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien… Read more »

New publication on the restoration carried out at St John’s Co-Cathedral

On Saturday 31st July, The St John’s Co-Cathedral Foundation marked its 20th anniversary with the launch of a publication on the restoration and conservation carried out at St John’s Co-Cathedral, Valletta – The St John’s Co-Cathedral: Looking After a Cultural Gem – 20 Years of Restoration and Conservation’.

In his opening address, the President of the Foundation Prof… Read more »

The Archbishop inaugurates the painting on St Laurence’s Church dome in Vittoriosa

  The Collegiate Church of St Laurence, Birgu

Il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna ppresjeda l-akkademja mużikali li saret fl-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ tisbiħ tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz fil-Birgu.

Il-koppla tal-knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu nbniet fl-1954, wara li dik antika ġġarrfet kawża tal-attakk fuq HMS Illustrious f’Jannar 1941. Tħalliet fuq il-ġebla sakemm l-Arċipriet preżenti, il-Kan. Dun Karm Busuttil, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, daħlu għall-proġett tal-pittura, id-dekorazzjoni u l-induratura tagħha… Read more »

The Foundation of the Jesuits’ Church established

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi flimkien mal‑Ministru għall‑Wirt Nazzjonali, l‑Arti u l‑Gvern Lokali Jose Herrera ppresedew għall‑iffirmar tat‑twaqqif tal‑Fondazzjoni tal‑Knisja tal‑Ġiżwiti.

Il‑Knisja taċ‑Ċirkonċiżjoni tal‑Mulej, magħrufa bħala l‑Knisja tal‑Ġiżwiti, hija waħda mill‑eqdem knejjes fil‑Belt Valletta, u waħda mill‑akbar fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Il‑Knisja kienet oriġinarjament inbniet bejn l‑1593 u l‑1609 mill‑Ordni tal‑Ġiżwiti. Il‑Knisja tinkludi xogħlijiet ta’ arti ta’ Mattia Preti, Giovanni Battista Caracciolo, Stefano Erardi u Alessio Erardi fost oħrajn, u l‑artal titulari huwa magħmul minn Filippo Paladini… Read more »

The Apostolate Statues at St John’s Co-Cathedral

  St John's Co-Cathedral, Valletta

The set of silver statues that once belonged to St John’s Co-Cathedral were returned to the Church and placed on the high altar for which they were made. The statues will be displayed until 31st July to mark the 20-year anniversary of the Foundation.

Cynthia de Giorgio, CEO and Curator, said: “This occasion would be a unique opportunity to see the statues in their original context… Read more »