Our God is a God of Peace – The Archbishop
Mass on the 20th Anniversary of the Foundation U
19/12/2025 The Parish Church of St Publius, FlorianaRitratt: Timothy Camilleri L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Nisimgħu siltiet sbieħ mill-Evanġelju ta’ San Mark, ta’ San Mattew u ta’ San Luqa, li jippreparawna għall-festa kbira tat-twelid ta’ Ġesù. Illum smajna bit-tħabbira, waħda minn żewġ taħbiriet, mill-Evanġelju ta’ San Luqa: it-tħabbira tat-twelid ta’ Ġwanni, aħna ngħidulu Ġwanni l-Battista, għax kien hu li għammed lil Ġesù qabel ma beda l-missjoni pubblika tiegħu.
Żakkarija huwa raġel anzjan, li l-mara tiegħu ma jistax ikollha tfal, bħalma tammetti hi stess, fejn anke ’l quddiem l-anġlu Gabrijel jgħid lil Marija: “ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, dik li jgħidu li ma jistax ikollha tfal, fi xjuħitha hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur fit-tqala tagħha, dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal” (Lq 1: 36 – 37)… Read more »














