The ordination of two deacons
12/05/2021L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna żewġ djakni ġodda nhar is‑Sibt li ġej, 15 ta’ Mejju 2021. Il‑quddiesa se ssir fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, fid‑9:30 a.m. Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Iż‑żewġ seminaristi huma Sean Abela mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u Jean Claude Attard mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.
Permezz ta’ din l‑ordinazzjoni, id‑djakni l‑ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd… Read more »