The feast of St Paul’s Shipwreck celebrated by the Maltese in Rome
11/02/2022 The Church of Santa Maria in TraspontinaL-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, l-Italja, stiednet lill-komunità ta’ Maltin u Għawdxin f’Ruma biex jiċċelebraw is-solennità tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Frar 2022.
Il-quddiesa, immexxija minn Mons. Maximilian Grech, saret fil-Knisja ta’ Santa Marija in Traspontina. Għaliha attendew l-Ambaxxatur ta’ Malta, is-Sur Carmel Vassallo u s-sinjura tiegħu flimkien mal-ħaddiema tal-Ambaxxata, kif ukoll numru mdaqqas ta’ Maltin, barranin, u saċerdoti u reliġjużi li bħalissa qegħdin joffru s-servizzi tagħhom lill-parroċċi ta’ Ruma u l-Vatikan… Read more »