A new painting of Christ for the Chapel of Dar tal-Kleru
07/10/2022 Id-Dar tal-Kleru, BirkirkaraFil-jiem li għaddew fil-Kappella tad-Dar tal-Kleru tqiegħed salib li jirraffigura lil Kristu Saċerdot imsallab imma f’pożizzjoni ta’ qawmien. Dan tpitter minn Dun Peter Paul Sultana li hu l-amministratur parrokkjali tal-parroċċa tal-Manikata. Il-pittura saret fuq l-injam wara li nħadmet bil-ġibs. Is-salib tbierek mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona.
Dwar il-pittura, is-saċerdot spjega li fil-fidi naraw is-salib bħala punt ta’ tluq għall-qawmien ta’ Ġesù. Għalhekk f’din il-pittura naraw lil Kristu f’direzzjoni ta’ qawmien, anke l-idejn ta’ Kristu jidhru li mhumiex fin-nofs tal-ispazju tal-injama orizzontali tas-salib, iżda qegħdin iktar ’il fuq sabiex jesprimi moviment ’il fuq, li jissimbolizza l-qawmien… Read more »