Painting of Saint Gianna Beretta Molla for the Jesuit Church in Valletta
21/07/2023Bl-għan li l-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta tibda sservi bħala ‘santwarju’ ta’ Santa Gianna Beretta Molla f’Malta, se tiġi inawgurata pittura li tirraffigura proprju lil din it-tabiba qaddisa Taljana li 61 sena ilu għażlet li tmut hi biex issalva t-tarbija tagħha.
F’kunċert ta’ mużika sagra li se jinżamm f’din il-knisja fil-25 ta’ Lulju li ġej, bejn it-8.00 u d-9.00pm, u li se jinkludi fost l-oħrajn il-premier dinji ta’ A prayer of Saint Gianna tal-kompożitur Kattoliku Ingliż Matthew Ward, Dr Mark Agius M.D., Rettur tal-Konfraternità tal-Karmelu tal-Belt, se jagħti din il-pittura biex titqiegħed għall-qima fil-Knisja tal-Ġiżwiti… Read more »