Aktar minn 400 persuna temmew b’suċċess il-korsijiet offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (PFI). Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret ilbieraħ, il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2022, u tmexxiet mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Iċ‑ċerimonja bdiet b’quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħ’Attard u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.
Fost il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kien hemm wieħed fil-qasam tal‑katekeżi, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, it‑teoloġija, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, u l‑iskopertà tal‑fidi permezz tal‑arti… Read more »