Restored St Paul’s niche in Saqqajja, Rabat
16/05/2024Xogħol li kien ilu għaddej għall-aħħar xhur, u li sewa madwar €60,000 wassal biex tkun restawrata u konservata n-niċċa ta’ San Pawl, li tinsab bi prominenza fis-Saqqajja, fir-Rabat, Malta.
In-niċċa hi monument important fir-Rabat, li nbniet fl-1727 mill-Gran Mastru Manoel de Vilhena, li kien strumentali anki fir-riġenerazzjoni li kienet għaddiet minnha l-belt antika tal-Imdina fis-seklu 18.
Fit-2 ta’ Settembru tal-1798, il-poplu mdejjaq bil-ħakma tal-Franċiżi kien inġabar bi ħġaru quddiem din ix-xbieha biex jitlob l-għajnuna u l-protezzjoni ta’ Missierna San Pawl… Read more »