Homilies by the Auxiliary Bishop

A Learning Curve – Bishop Galea-Curmi

The Coronavirus pandemic has triggered all sorts of emotions: anger, deep sadness, frustration, resentment, anxiety, fear of the uncertainty… Understandably so. It is terrible to witness so many deaths all over the world amidst the rapid spread of the virus.

This particular moment in time could also serve as a learning experience, one that helps us read the signs of the times. Allow me to share a few points for reflection… Read more »

“‘It is finished does’ not mean that everything is over” – Bishop Galea-Curmi

Liturgy of the Lord’s Passion

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ir-rakkont tal-Passjoni skont San Ġwann jibda bi ġnien u jispiċċa bi ġnien.

Fil-fatt, proprju fil-bidu nett, meta Ġesù kien mad-dixxipli tiegħu, ir-rakkont jgħid li kien hemm ġnien fejn ġieli kien imur Ġesù, u hemm mar flimkien mad-dixxipli. Kien hemmhekk li ġew is-suldati u l-għases tal-Lhud, flimkien ma’ Ġuda. Kien f’dan il-ġnien li seħħ it-tradiment, li Ġuda ttradih u Ġesù ġie arrestat… Read more »

Creativity in serving others – Bishop Galea-Curmi

Mass on Maundy Thursday

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ġesù ħabbhom sal-aħħar. Parti minn din l-espressjoni tal-imħabba tiegħu kienet li jagħti xi xokkijiet lid-dixxipli tiegħu. Hawn, f’din is-silta, jagħtihom tnejn, xokk ikbar mill-ieħor.

L-ewwel meta hu stess niżel jaħsel saqajn id-dixxipli, u bir-raġun ħaduha bi kbira, bħalma jgħidlu Pietru. Din qatt ma kienet issir. Setgħu qalulu: ‘Qatt ma għamilna hekk, qatt ma ħdimna b’dal-mod’. Imma hu hemmhekk ried jispjegalhom l-iktar ħaġa importanti: li hu sar bniedem biex jingħata… Read more »

Never lose heart in God’s mercy – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for those who have marital problems and do not have access to their children

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tletin biċċa tal-fidda kien il-flus li l-qassisin il-kbar taw lil Ġuda biex jistgħu jieħdu lil Ġesù. Tletin biċċa tal-fidda kien il-prezz li kien bih stmat skjav fl-Antik Testment. Daqshekk stmaw lil Ġesù l-qassisin il-kbar!

Kien inqas mill-prezz tal-fwieħa li Marija kienet użat biex dilket riġlejn Ġesù, u dakinhar Ġuda l-Iskarjota kien ilmenta u qal: kieku l-fwieħa nbigħet, il-flus setgħu ngħataw lill-foqra… Read more »

He kept on loving despite betrayal and denial – Bishop Galea-Curmi

Mass offered to people in prison, detention centres and caregivers

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-iżjed esperjenzi koroh u ta’ tbatija hija l-esperjenza ta’ tradiment – meta xi ħadd li inti taf, jittradik. U iktar hi ta’ tbatija u tweġġgħek meta ma jkunx biss xi ħadd li taf, jew xi kollega tiegħek, jew xi ħadd li ltqajt miegħu u qiegħed miegħu fuq xi biċċa xogħol, imma xi ħadd li jkun ħabib ta’ ġewwa.

Din hi l-esperjenza ta’ Ġesù li rajna llum: l-esperjenza tat-tradiment ta’ Ġuda l-Iskarjota u magħha hemm ukoll, fl-istess rakkont, it-tħabbira taċ-ċaħda ta’ Pietru… Read more »

The ultimate expression of love – Bishop Galea-Curmi

Mass offered with prayers for youths

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta darba lil Ġesù staqsewh liema hu l-ikbar kmandament, kien qalilhom: “L-ewwel kmandament huwa… ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu u bil-qawwa tiegħek kollha” (Mk 12:30).  Dan li rajna llum fl-Evanġelju – dak li għamlet Marija meta ġabet il-fwieħa u dilket riġlejn Ġesù u xxuttathomlu mbagħad b’xagħarha – kienet espressjoni ta’ din l-imħabba totali, imħabba sħiħa lejn Ġesù… Read more »

He himself bore our sins – Bishop Galea-Curmi

Mass on Palm Sunday

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’dan ir-rakkont tal-Passjoni skont San Mattew għandna konċentrazzjoni ta’ ħażen. Meta naraw dan ir-rakkont biċċa biċċa, naraw dnub wara ieħor. Ġesù għaddej f’din il-passjoni, u dawk li għandhom sehem f’din il-passjoni b’xi mod jew ieħor qed jagħżlu dak li hu ħażin, dak li hu dnub.

Naraw it-tradiment, l-għira, il-mibegħda, il-vjolenza, l-insulti, il-ħarba mir-responsabbiltà, u l-abbuż tal-poter. Hemm qisu dak li kultant ngħixu fl-esperjenza tagħna l-bnedmin ikkonċentrat hemmhekk fil-passjoni ta’ Ġesù, sal-aħħar mument meta jsallbuh u jmut… Read more »

His Mother standing beneath the cross – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of Our Lady of Sorrows

  Church of St Mary of Jesus (Ta' Ġieżu), Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ommu …” Dak li naqraw f’San Ġwann l-evanġelista jgħidilna fil-qosor ħafna li Marija kienet wieqfa taħt is-salib. Ma jgħidx x’kienet qed tħoss dak il-ħin, ma jispjegax id-dulur tagħha, imma jgħid li kienet wieqfa taħt is-salib taqsam it-tbatija ma’ binha Ġesù.

Tolqotna din is-sentenza ta’ San Ġwann fuq Marija li kienet wieqfa hemm. Għaliex jekk aħna ninnutaw ftit fl-Evanġelju, naraw li Marija, wara t-twelid u t-tfulija ta’ Ġesù, ftit li xejn tissemma – xi darba jew tnejn tul il-ministeru ta’ Ġesù… Read more »

You have the words of everlasting life – Bishop Galea-Curmi

Mass offered with prayers for Covid-19 patients so that the Lord may truly heal their soul and body

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Naqraw fl-Evanġelju ta’ San Ġwann li, darba minnhom, wara li Ġesù kien tkellem u wassal il-Kelma ta’ Alla, kien hemm numru sew min-nies li qalu: “Iebes dan il-kliem”. U wara li Ġesù kompla jispjega, l-Evanġelju jgħid: “Minn dakinhar ħafna min-nies telquh u ma baqgħux jimxu warajh”.

Fis-silta li smajna llum, dawn in-nies li qegħdin f’polemika ma’ Ġesù, u għal kull waħda li jgħid jgħidulu oħra, ma jitilqux, imma fl-aħħar tas-silta jgħid li qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu… Read more »

The truth will set us free – Bishop Galea-Curmi

Mass offered with prayers for true and genuine discipleship

  The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Il-verità teħliskom”. Din il-kelma li smajna minn Ġesù llum turi l-qawwa li għandha l-Kelma ta’ Alla f’ħajjitna. Li hi kelma vera u hi kelma li tagħtina l-libertà vera, il-ħelsien. Ġesù għalhekk jgħid: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi…tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”.

Ma kinetx l-ewwel darba li tkellem fuq hekk Ġesù u lanqas l-aħħar darba. Fil-fatt, fil-bidu tal-ministeru tiegħu kien qal li hu ġie biex ixandar l-Aħbar it-Tajba li teħles lill-imjassrin, li tagħti l-libertà… Read more »