Homilies by the Auxiliary Bishop

Know yourself – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Santa Tereża ta’ Ġesù, li hi duttura tal-Knisja u għandha ħafna tagħlim spiritwali profond, fil-ktieb tagħha li kien ippubblikat fis-seklu 16, bit-titlu Il-Kastell Interjuri, tgħid kemm huwa importanti u fundamentali, għal min irid jieħu bis-serjetà l-ħajja spiritwali, li jagħraf lilu nnifsu – “Agħraf lilek innifsek”. U tgħid: meta inti tagħraf lilek innifsek kif inti quddiem Alla, hemm ikollok umiltà li tfisser verità… Read more »

Celebrating our Mother’s birthday – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the Nativity of the Virgin Mary

  The Church of the Nativity of the Virgin Mary, Ta' Qasgħa, Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aħna għandna d-drawwa sabiħa li niċċelebraw il-jum tat-twelid ta’ dawk li huma għeżież għalina, bħal fil-familja. Illum għandna t-twelid ta’ dik li hija Omm Ġesù, imma wkoll li hu tahielna bħala ommna. Għalhekk qed niċċelebraw illum bil-ferħ it-twelid ta’ Marija, li hu t-twelid ta’ ommna. U qed nagħmlu dan bil-ferħ, kif smajna fil-Kelma ta’ Alla, meta fis-Salm  għedna “nifraħ b’ferħ kbir fil-Mulej” għax it-twelid ta’ Marija mhux biss hu għażiż għax hu t-twelid ta’ dik li hija omm tagħna, imma wkoll għax fisser bidu ġdid, fisser tama ġdida għall-poplu u għad-dinja kollha… Read more »

His disciples – Bishop Galea‑Curmi

Presentation of adult candidates for Episcopal Confirmation

  St Theresa Convent & Sanctuary Church, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kelma fl-Evanġelju illum li meta tismagħha, speċjalment għall-ewwel darba, tiskandalizza – meta Ġesù jgħid: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx…” (Lq 14:26) u jsemmi lill-missier u lill-omm, lil martu u l-ulied, ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Dil-kelma ma ddoqilniex għax aħna lil Ġesù nafuh dejjem jitkellem fuq l-imħabba u li inti għandek dejjem tħobb, u tħobb mhux biss lil dawk li huma qrib tiegħek, imma wkoll saħansitra, hu jgħid, li tħobb lill-għedewwa tiegħek (ara Mt 5:44), tħobb lil min jobogħdok… Read more »

An expression of faith and love – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the 74th anniversary of the coronation of the Our Lady of Graces painting, Żabbar

  The Parish Church of Our Lady of Graces, Żabbar

Photo: André Gialanze L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Illum aħna miġbura flimkien, bħala komunità ta’ fidi, biex nagħtu ġieħ lill-Madonna tal-Grazzja, l-Omm Qaddisa tagħna, f’din l-okkażjoni sabiħa aħna u nibdew is-sena li twassalna biex niċċelebraw il-ħamsa u sebgħin anniversarju mill-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Madonna hawn f’Ħaż-Żabbar – il-kwadru mpitter fl-1715 minn Alessio Erardi. 

It-triq 

Ma nistgħux nifhmu sewwa s-sbuħija tal-lum jekk ma nħarsux lura lejn dak li ġara snin ilu… Read more »

The new wine that Jesus gives us – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-qadim tajjeb!” (Lq 5:39). Dan hu l-kliem tal-aħħar fl-Evanġelju llum, meta Ġesù jġib it-tixbiha ta’ nbid ġdid li jrid jitqiegħed f’damiġġani ġodda. Meta nisimgħu “il-qadim tajjeb”, aħna mal-ewwel nibdew naħsbu kemm kultant huwa veru li l-qadim huwa tajjeb. Tant hu hekk li hemm affarijiet qodma li aħna għandna nippreservaw, li għandna nagħmlu ħilitna biex inżommuhom għax huma sinjal ukoll sabiħ tal-imgħoddi… Read more »

Solidarity with the victims – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġie Nażaret fejn kien trabba” (Lq 4:16). Mal-ewwel, fl-Evanġelju skont San Luqa, naraw lil Ġesù li jibda l-missjoni tiegħu – li jwassal il-Kelma ta’ Alla – mhux f’Ġerusalemm imma proprju f’Nażaret, fejn kien għex, kien trabba. Hawn illum għandna din is-silta fejn Ġesù jmur is-sinagoga. Interessanti dil-kelma li hemm: “kif kien imdorri jagħmel kull nhar ta’ Sibt” (Lq 4:16) – biex tfakkarna dejjem kemm hu importanti li għandna nieħdu bis-serjetà l-obbligi tagħna reliġjużi… Read more »

Humility and generosity – Bishop Galea‑Curmi

  Poor Clares Church, St. Julian's

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm żewġ kelmiet li jfissru tajjeb ħafna l-messaġġ li Ġesù jagħti fl-Evanġelju llum lil dawk in-nies li kienu qrib tiegħu, u lilna wkoll: umiltà u ġenerożità. Hawnhekk Ġesù kien mistieden mal-oħrajn, u kienu madwar mejda, u kien qed jinnota kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda. Ikla bħal din ma kinetx sempliċiment ikla, imma kien ikun hemm  postijiet ta’ unur, u qisu jekk inti ssib post tajjeb, is-siġġu juri kemm int importanti… Read more »

Unyielding courage – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja verament kerha, makabra, tal-qtil ta’ Ġwanni l-Battista turina mhux biss il-ħażen, u l-qawwa tal-ħażen, imma wkoll x’jiġifieri li tkun tgħix b’fedeltà u b’kuraġġ dak li temmen fih. Ħa nħarsu ftit lejn dawn in-nies protagonisti, jiġifieri Erodi, Erodja u wkoll magħha bintha, u Ġwanni l-Battista.

Erodi kien is-sultan, kellu l-poter. Kellu ħafna affarijiet taħt idejh. Hawnhekk, għamel din l-ikla, u fil-fatt meta t-tfajla li daħlet tiżfen, għoġbitu, qalilha: “Itlobni kulma trid, u jien nagħtik kulma titlobni” (Mk 6:22) – ara kemm għandi qawwa, nista’ nagħmel li rrid! … Read more »

The narrow door leading to Life – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the 21st Sunday of the year

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien fi triqtu lejn Ġerusalemm meta Ġesù “għadda jgħallem f’xi bliet u fl-irħula” (Lq 13:22). San Luqa jfakkarna li Ġesù kien qiegħed miexi lejn Ġerusalemm, u din mhijiex sempliċiment indikazzjoni ġeografika tat-triq li minnha kien għaddej u l-post fejn kien se jasal. Ġerusalemm hu l-post tal-passjoni, tal-mewt u tal-qawmien tiegħu. Kull pass li jagħmel Ġesù hu pass lejn it-twettiq tal-missjoni tiegħu ta’ salvazzjoni. 

Il-mistoqsija importanti

L-Evanġelju jurina lil Ġesù li f’din it-triq, ikompli għaddej minn diversi postijiet biex iwassal il-Bxara t-Tajba… Read more »

A word of appreciation – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti” (Mt 22:40). Dan hu li jgħid Ġesù llum meta jsemmi liema kmandament hu l-aktar importanti u jiġi l-ewwel, anzi hu jgħaqqad tnejn flimkien. Hawnhekk kien f’diskursata mal-Fariżej, bħalma ftit qabel kien mas-Sadduċej. Mas-Sadduċej kien fuq il-qawmien mill-imwiet, u hawn dan l-għaref tal-liġi ried li Ġesù jgħidlu liema hu l-aktar kmandament kbir fil-liġi. Din kienet diskursata li kienu jagħmlu għal snin, u anke teħdilhom fit-tul… Read more »