Glorifying and praising the Lord – Bishop Galea-Curmi
Mass on New Year’s Day
01/01/2022 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hemm dettall fl-Evanġelju skont San Luqa dwar ir-ragħajja li nixtieqkom tinnutaw. Jgħid l-Evanġelju li r-ragħajja, wara li raw lit-tarbija Ġesù flimkien ma’ ommu Marija u Ġużeppi, reġgħu lura “isebbħu u jfaħħru lil Alla” għal dik l-esperjenza sabiħa li kellhom. Kienet żgur dehra sabiħa ta’ dawn ir-ragħajja, imdorrijin f’ħajja pjuttost iebsa mal-merħla, li n-nies jarawhom isebbħu u jfaħħru lil Alla.
Dan kien ukoll dak li kienu semgħu r-ragħajja stess meta dehrilhom l-anġlu u ħabbrilhom li twieled Ġesù, u għadd kbir ta’ anġli flimkien bdew ifaħħru lil Alla u jgħidu: “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet”… Read more »














