Presented to God to be His – Bishop Galea-Curmi
21/11/2025 The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija fit-Tempju ma nsibuhiex fl-Iskrittura. Qiegħda fil-Letteratura Apokrifa, fl-Evanġelju Apokrifu skont San Ġakbu, fejn hemm li l-ġenituri tagħha ppreżentaw lil Marija, meta kienet għadha żgħira, ta’ tliet snin.
Imma hemm tifsira importanti, anke jekk ma nafux dettalji storiċi fuq x’sar eżattament u x’ma sarx. Hemm tifsira li mindu kienet għadha żgħira, Marija ġiet ippreżentata lil Alla fit-Tempju, biex hemmhekk, mindu żgħira, hi diġà qed tkun konsagrata lil Alla biex tagħmel ir-rieda tiegħu u hemmhekk, fit-Tempju, tagħti qima lil Alla u ssir hi t-Tempju l-iktar importanti fejn Ġesù jitwieled… Read more »













