Revolutionary hymn – Bishop Galea-Curmi
22/12/2023 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej” (Lq 1:46). Dan l-innu sabiħ tal-Magnificat li smajna fl-Evanġelju llum qalitu Marija f’dik il-laqgħa sabiħa tagħha ma’ Eliżabetta. Żagħżugħa tiltaqa’ ma’ anzjana. U flimkien mhumiex biss tnejn imma erbgħa, għax Eliżabetta qed tistenna t-twelid ta’ Ġwanni l-Battista u Marija kien tnissel fiha Ġesù. Hemm din il-festa kbira ta’ dawn l-erbgħa preżenti f’din il-ġrajja. Nixtieq li nieħdu dan l-innu sabiħ tal-Magnificat, li tant hemm fih punti sbieħ, u nsemmi tliet affarijiet li jgħinuna fil-ħajja tagħna… Read more »














