So that the lamp continues giving light – Bishop Galea‑Curmi
09/08/2024 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Naf persuna li ma kienet togħġobha xejn din il-parabbola, u kif Ġesù jqabbel din l-istorja ta’ ħames xebbiet għaqlin u ħamsa boloh mas-Saltna tas-Smewwiet. Speċjalment dik il-parti tal-parabbola meta dawn il-ħamsa jitolbu lill-oħrajn, jgħidulhom: “Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew” (Mt 25:8). U l-oħrajn jirrifjutaw. Dawn riedu ftit għajnuna, u l-oħrajn ma jgħinuhomx.
Dil-persuna kienet tgħid: imma kif tqabbel is-Saltna tas-Smewwiet ma’ nies li rrifjutaw li jgħinu? … Read more »














