A celebration of love – Bishop Galea-Curmi
15/10/2023 The Basilica of Our Lady of Mount Carmel, VallettaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-parabbola li jgħid Ġesù llum tal-festa tat-tieġ hi waħda mill-parabboli biex hu jfiehem, hawnhekk lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu, xi jfisser tkun fis-saltna ta’ Alla. Alla jsejjaħ lilna lkoll għall-ħbiberija miegħu u jrid li aħna nwieġbu għal din is-sejħa li jagħmlilna.
Nafu li meta kien qed jgħid hekk lil dawn in-nies kien qed jispjegalhom ukoll kif ħafna drabi din is-sejħa ta’ Alla sabet rifjut, għalhekk dawk il-qaddejja li marru biex iwasslu l-istedina, imma jew ma tawx kashom jew daru kontrihom… Read more »














