To have everlasting life – Bishop Galea‑Curmi
13/10/2024 Dar Ħanin Samaritan Chapel, Santa VeneraL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“X’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” (Mk 10:17) Din hija l-mistoqsija li għamel dan ir-raġel lil Ġesù, kif rajna llum fl-Evanġelju skond San Mark. L-Evanġelju jgħid illi dan mar jgħaġġel, inxteħet għalkupptejh, u għamillu din il-mistoqsija. Kellu ħerqa biex ikun jaf x’għandu jagħmel biex jikseb il-ħajja ta’ dejjem.
Din hija mistoqsija importanti ħafna. Aħna nemmnu li hemm il-qofol: li aħna naħsbu tassew mhux biss f’din il-ħajja ta’ issa, is-snin li ngħixu hawn, imma fil-ħajja li tibqa’, li tmur lil hinn għall-ħajja ta’ dejjem… Read more »














