Homilies by the Auxiliary Bishop

The stone is no longer there – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” (Mk 16:3) Din kienet il-mistoqsija li bdew jagħmlu lil xulxin Marija ta’ Magdala, Marija Omm Ġakbu u Salomi – in-nisa li ddeċidew li kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa jmorru lejn il-qabar ta’ Ġesù ħa jidilku bil-fwejjaħ il-ġisem mejjet tiegħu. Din kienet id-diffikultà li kellhom, għax għalihom Ġesù kien mejjet u riedu juru l-għożża tagħhom.

Il-memorja

Għal mument, nixtieq li nidħlu fl-istorja ta’ dawn in-nisa li kienu qed jimmaġinaw li se jsibu l-ġisem mejjet ta’ Ġesù u l-problema li kellhom kienet kif se jirnexxilhom jidħlu ġo dan il-qabar issiġillat b’ġebla “kbira ħafna” (Mk 16:4)… Read more »

The strength of a redeeming love – Bishop Galea-Curmi

  Dar tal-Kleru Chapel, Fleur-De-Lys

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġesù ta’ Nażaret, Sultan tal-Lhud” (Ġw 19:19).  Din kienet il-kitba li għamel Pilatu fuq is-salib, u għamilha bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg biex żgur jasal il-messaġġ. Meta kienu jħarsu lejn Kristu msallab, setgħu jaraw il-kitba: Ġesù ta’ Nażaret, Sultan tal-Lhud.

Ninnutaw li fir-rakkont tal-Passjoni skond San Ġwann, għakemm hemm it-tbatija kbira li minnha għadda Ġesù, imma l-enfasi ta’ San Ġwann hu fuq Ġesù li qed jirbaħ kontinwament… Read more »

Love in the centre of our lives – Bishop Galea-Curmi

  Saint Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħamis ix-Xirka hija l-festa tat-twaqqif tal-Ewkaristija. Smajna lil San Pawl fit-Tieni Qari, fl-Ittra tiegħu lill-Korintin, jirrakkonta t-twaqqif tal-Ewkaristija fl-Aħħar Ċena meta Ġesù jieħu l-ħobż u jgħid “dan hu ġismi” u jieħu l-inbid u jgħid “dan hu demmi”. Ġismu li jingħata u demmu li jinxtered.

F’Ħamis ix-Xirka wkoll infakkru l-ġrajja li smajna fl-Evanġelju skont San Ġwann, meta Ġesù niżel jaħsel saqajn id-dixxipli tiegħu, ġest li se jkun ripetut illum waqt il-quddiesa biex infakkru dan… Read more »

Perfume and the Poor – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Marija u Ġuda. Dawn huma tnejn mill-personaġġi li jissemmew illum fl-Evanġelju skond San Ġwann, u nixtieq li nħarsu ftit lejn dawn it-tnejn. Marija, oħt Marta u Lazzru, li kienu joqogħdu f’Betanja u li kienu familja ħbieb ta’ Ġesù, jafu lil Ġesù mill-qrib. Ġuda, wieħed mit-tnax, wieħed minn dawk li kien għażel Ġesù biex ikunu aktar qrib tiegħu, u hawnhekk akkumpanjah, fil-fatt, f’din l-ikla li saret f’Betanja… Read more »

His mother and ours – Bishop Galea-Curmi

Homily on the Feast of the Lady of Sorrows

  Ta' Ġieżu Church, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mix-xeni kiefra u ta’ qsim il-qalb hi dik ta’ omm tibki lil xi ħadd minn uliedha. Ilbieraħ rajt filmat qasir ta’ omm Palestinjana f’Gaża tibki biki ta’ qsim il-qalb filwaqt li tħaddan lil binha mejjet, maqtul mit-truppi ta’ Israel. U tilmenta: “X’għamlilhom dan? X’seta’ għamlilhom dan it-tifel?” Ftit qabel, rajt l-istorja ta’ omm f’Israel li tilfet lil binha ta’ 20 sena maqtul mill-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru 2023… Read more »

Hidden from the people – Bishop Galea-Curmi

  Little Sisters of the Poor, Ħamrun

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies” (Mt 1:19). Din il-frażi mill-Evanġelju tal-lum tagħti tifsira kbira lil dak li San Ġużepp jirrappreżenta fil-ħajja tagħna tal-fidi, fil-ħajja tal-Knisja, u dak li jgħallimna għall-ħajja tagħna llum. 

Aħna nafu li r-raġuni kienet li meta Marija saret tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, Ġużeppi ma setax jifhem x’qed jiġri, imma ddeċieda li flok jgħid, flok ixandarha din, jibgħat lil Marija bil-moħbi tan-nies, għaliex kien jaf li kellha riskju kbir għal ħajjitha jekk in-nies isiru jafu… Read more »

The Lord is kind and just – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Beda jikteb b’sebgħu fit-trab” (Ġw 8:6). Dan hu li naqraw fuq Ġesù li kien qiegħed it-tempju, u l-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li nqabdet fl-adulterju. Staqsewh x’jagħmlu, jekk jimxux mal-liġi ta’ Mosè li kienet tgħid li nies bħal dawn iħaġġruhom. Dil-mistoqsija ma għamluhiex lil Ġesù għax kellhom xi dubju, jew biex jiċċaraw l-affarijiet, imma, kif jgħid l-Evanġelju, “biex iġarrbuh” (Ġw 8:6)… Read more »

Like a kernel of wheat – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nixtiequ naraw lil Ġesù” (Ġw 12:21).  Din kienet it-talba li xi Griegi għamlu lil Filippu, wieħed mid-dixxipli ta’ Ġesù, għax xtaqu jaraw lil Ġesù. Kellhom din il-kurżità, u tkellmu ma’ Filippu, li mbagħad mar isib lil Indrì, dixxiplu ieħor, u t-tnejn li huma marru jgħidu lil Ġesù.

Tolqotna ħafna r-reazzjoni ta’ Ġesù.  Jgħid: “Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat” (Ġw 12:23)… Read more »

He speaks openly – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“B’wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem” (Ġw 7:26). Dan hu li jgħidu n-nies hawnhekk fuq Ġesù, fl-Evanġelju skond San Ġwann, u qed jiskantaw għax hu qed jitkellem b’wiċċu minn quddiem fit-tempju, imma jafu li hemm min irid joqtlu. Qegħdin hawnhekk fil-festa tal-Għerejjex, u s-seba’ kapitlu ta’ San Ġwann jitkellem proprju fuq din il-festa. Ġesù ma kienx sejjer fil-bidu. Fil-fatt, qabel din is-silta, il-qraba tiegħu jgħidulu: mhux aħjar titla’ inti? … Read more »

They were angry at the one that did good – Bishop Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħraxu għal Ġesù” (Ġw 5:16). Din il-kelma “ħraxu” tolqotna ħafna f’dan l-Evanġelju. Dan għaliex meta inti taqra x’għamel Ġesù hawnhekk, tinduna li għamel xi ħaġa ta’ ġid, ta’ ġid kbir. Għaliex l-Evanġelju jgħid li l-Lhud “ħraxu għal Ġesù”? Ir-raġuni jagħtihielna l-Evanġelju stess: “għax f’Jum is-Sibt kien jagħmel ħwejjeġ bħal dawn” (Ġw 5:16). Bħal liema? Xi ħwejjeġ kien jagħmel Ġesù? F’Jum is-Sibt kien jagħmel il-ġid, kien ifejjaq… Read more »