Homilies by the Auxiliary Bishop

No one will snatch us from his hands – Bishop Galea‑Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Din is-silta verament qasira tal-Evanġelju llum turina xi ħaġa importanti ħafna għall-ħajja tagħna. Turina xi jfisser meta ngħidu li Ġesù hu r-ragħaj it-tajjeb tagħna.

Jagħraf, jagħti l-ħajja, jipproteġi

Ħa nsemmi tliet punti fuq Ġesù r-ragħaj. L-Evanġelju jgħid li hu jagħraf in-ngħaġ tiegħu, li hu jagħtihom il-ħajja ta’ dejjem, u li hu jipproteġihom. Hu sabiħ meta niftakru li dan hu Ġesù għalina, għall-ħajja tagħna… Read more »

The celebrations of the Vocations Jubilee in Malta

  The Archbishop's Seminary, Tal-Virtù

Il-Ġublew tal-Vokazzjonijiet ġie ċċelebrat s-Sibt 10 ta’ Mejju fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, ir-Rabat. Madwar 350 persuna, fosthom membri ta’ komunitajiet reliġjużi, żgħażagħ minn diversi ċentri vokazzjonali u membri tal-MUSEUM, ingħaqdu flimkien għall-Ġublew tal-Vokazzjonijiet.

Ispirata mill-episodju tad-dixxipli fit-triq ta’ Għemmaws, iċ-ċelebrazzjoni saret forma ta’ pellegrinaġġ spiritwali. Matul dan il-vjaġġ, persuni li qed jgħixu vokazzjonijiet differenti qasmu l-esperjenza personali tagħhom dwar kif għarfu u wieġbu għas-sejħa ta’ Alla f’ħajjithom… Read more »

“Teach me, O Lord, the way of your statutes”

Mass on the feast of St George Preca

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu” (Mk 16:15). Huwa dan li jgħid Ġesù lill-ħdax illum fl-Evanġelju, u huwa dan li niċċelebraw fil-festa ta’ San Ġorġ Preca. San Ġorġ Preca kellu f’qalbu li jrid iwassal l-Evanġelju lil kulħadd, u fil-fatt, meta waqqaf is-Soċjeta tal-MUSEUM, is-Soċjeta tad-Duttrina Nisranija, ried proprju dan. L-inizjali tal-kelma MUSEUM ifissru: “Mgħallem, mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek”… Read more »

Look for me for who I am – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tfittxunix biss għal dak li nista’ nagħtikom. Fittxuni l-ewwel għal dak li jien”. Dak hu l-messaġġ li Ġesù qed jgħid lilna llum fl-Evanġelju skont San Ġwann, li joħroġ b’mod sabiħ ħafna minn dan id-djalogu, il-laqgħa, li kien hemm ta’ Ġesù mal-folla.

Ħa naraw ftit din ix-xena. Dawn in-nies kellhom diġà esperjenza sabiħa ħafna meta Ġesù tema’ ħamest elef ruħ u fuqhom b’ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar… Read more »

From an empty net to an overflowing net – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of St. Peter, Lija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Marru rikbu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn” (Ġw 21:3). L-Evanġelju skont San Ġwann illum jippreżentalna din ix-xena ta’ dawn id-dixxipli ta’ Ġesù li, wara l-mewt u l-qawmien tiegħu, kienu għadhom konfużi, qishom ma jafux x’jaqbdu jagħmlu. U reġgħu lura għall-ħajja normali tagħhom – ħafna minnhom kienu sajjieda. Għalhekk, meta Pietru qal li sejjer jistad, dawn iddeċidew li jmorru miegħu… Read more »

Xatt li jsalva l-ħajja – L‑Isqof Galea‑Curmi

Homily on the eve of the feast of St Publius

  The Parish Church of St Publius, Floriana
San Publiju Furjana

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

“Kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti għamiltuh miegħi” (Mt 25:40). Dan il-kliem ta’ Ġesù għandu sinifikat qawwi ħafna fil-festa ta’ San Publiju, il-qaddis li ħajtu ngħaqdet b’mod mill-aktar straordinarju ma’ dik ta’ San Pawl, meta dan ġarrab nawfraġju fuq il-gżira ta’ Malta.

Ġesù qed jitkellem fuq l-opri tal-ħniena, u waħda minnhom li jsemmi hi: “Kont barrani u lqajtuni” (Mt 25:35)… Read more »

Lord, fulfil the work of our hands

Mass celebrating the feast of St Joseph the Worker during the Workers’ Jubilee

  The Parish Church of Saint Joseph The Worker, Birkirkara

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħa nħarsu ftit lejn il-vara titulari sabiħa ta’ San Ġużepp Ħaddiem ta’ din il-parroċċa, disinn ta’ Emvin Cremona. Naraw lil Ġużeppi ma’ Ġesu, b’id waħda jżomm tavla u b’id oħra fuq l-ispalla ta’ Ġesu. Fil-festa li qed niċċelebraw illum, din ix-xbieha li tgħaqqad flimkien ix-xogħol u l-familja ta’ Nażaret diġa tagħtina messaġġ sabiħ għall-Ġublew tal-Ħaddiema.

Il-ħidma ta’ kuljum

Ġużepp b’idu żżomm it-tavla jurina l-mastrudaxxa li jaqla’ l-għajxien bix-xogħol ta’ jdejh… Read more »

He was searching for the light – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Homily by Bishop Joseph Galea-Curmi

“Ġie għand Ġesù bil-lejl” (Ġw 3:2). Hawnhekk, illum, fl-Evanġelju skont San Ġwann għandna din il-laqgħa sabiħa ta’ Nikodemu ma’ Ġesù. Hu ġie jfittex biex jiltaqa’ miegħu bil-lejl. Dan Nikodemu kien wieħed mill-kbarat tal-Lhud, wieħed mill-Fariżej, imma kien differenti minn ħafna minn sħabu. Dan għaliex filwaqt li kien bniedem ta’ għerf, kien jaf il-liġi u kellu wkoll awtorità, imma kien qed jinnota xi ħaġa speċjali f’Ġesù… Read more »

A friend of vulnerable people – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the feast of Saint Mary Euphrasia Pelletier, foundress of The Good Shepherd Sisters

  Convent of The Good Shepherd Sisters, Balzan

Homily by Bishop Joseph Galea-Curmi

Illum, f’dan il-jum speċjali, ninġabru b’qalb mimlija gratitudni u tifħir lil Alla, hekk kif niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija Ewfrasja Pelletier, il-fundatriċi għażiża tagħkom u l-qaddisa li għexet b’qalb kbira u kuraġġ ta’ spirtu.

Ħafna jħarsu lejn il-qaddisin bħala persuni straordinarji, ’il fuq minna, imma Santa Marija Ewfrasja kienet persuna bħali u bħalkom – mara b’qalb, li tibki, li titlob, u b’talb li kultant kien jidher isir fil-vojt… imma li baqgħet temmen, baqgħet tħobb, baqgħet taħdem… Read more »

A celebration of fidelity – Bishop Galea‑Curmi

The 50th anniversary of the religious profession of Sr Philomena Monica

  Little Sisters of the Poor, Ħamrun

Homily by Bishop Joseph Galea-Curmi

Dear Sister Philomena,
Dear brothers and sisters in Christ,

Today, we gather, with hearts full of gratitude and joy, not only to celebrate the Eucharist on this Easter season, but to mark a very special occasion: the Golden Jubilee of religious profession of our dear Sister Philomena, a faithful daughter of St Jeanne Jugan and a Little Sister of the Poor… Read more »