A heart open to everyone – Bishop Galea‑Curmi
05/10/2026 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Il-proxxmu tiegħi min hu?” (Lq 10:29). Din hija l-mistoqsija li għamel l-għaref fil-liġi lil Ġesù, meta kien fisser tajjeb li l-aqwa fil-liġi kollha hija l-imħabba lejn Alla “b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u l-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (Lq 10:27). Din kienet it-tweġiba li ta l-istess għaref fil-liġi, u għamel tajjeb għax għaqqad flimkien dak li kien hemm fil-Ktieb tad-Dewteronomju u fil-Ktieb tal-Levitiku, għaqqadhom flimkien kif kien għamel Ġesù stess li jgħid: dan hu l-aqwa kmandament, it-tnejn flimkien… Read more »














