Homilies by the Auxiliary Bishop

Recognising the gift of time that God gives us – Bishop Galea‑Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandna fl-Evanġelju llum żewġ ġrajjiet li kienu għamlu ħafna ħoss fi żmien Ġesù. Waħda minnhom il-ġrajja tal-massakru li għamel Pilatu, meta kien qatel numru ta’ nies mill-Galilija b’vendikazzjoni, aktarx meta kienu qed joffru s-sagrifiċċju tagħhom; u l-oħra meta waqa’ t-Torri ta’ Silwam u qatel tmintax-il ruħ. Dawn il-ġrajjiet kienu impressjonaw lin-nies, u diversi kienu jaħsbu dak iż-żmien li jekk tiġrilek xi xi ħaġa ħażina bħal dawn it-traġedji, it-tort huwa tiegħek… Read more »

Five powerful words – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħennu, tiġġudikawx, tikkundannawx, aħfru, agħtu. Dawn il-ħames kelmiet jgħid Ġesù llum fl- Evanġelju skont San Luqa. Id-diskors hu qasir ħafna, imma huma kelmiet li jfissru ħafna. Nafu li mhux faċli li dawn ngħixuhom fil-prattika. Imma jekk Ġesù dawn jgħidhom lid-dixxipli tiegħu, ifisser li hu possibbli li aħna ngħixuhom.

Ġesù jgħid: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36). Alla hu ħanin u twajjeb magħna… Read more »

More demanding, for our own good – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù ġabar il-kmandamenti kollha ta’ Alla fi kmandament wieħed: “Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… ħobb lil għajrek bħalek innifsek” (Mk 12:30-31). Meta Ġesù għamel hekk, mhux biex il-kmandamenti jagħmilhom aktar laxki, anzi biex jagħmilhom aktar esiġenti, u jmur fil-fond tal-qalb tagħna.

Dan hu li naraw illum fl-Evanġelju, meta Ġesù lin-nies jgħidilhom: “Smajtu x’intqal lin-nies ta’ dari: ‘la toqtolx’” (Mt 5:21)… Read more »

“Ordo amoris” according to Jesus – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħafna minna familjari ma’ din is-silta mill-Evanġelju skont San Mattew, fejn Ġesù jitkellem fuq il-ġudizzju, u jgħid dik is-sentenza tant importanti li hi l-qofol ta’ dal-kliem tiegħu fuq l-opri tal-ħniena: “kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40). Dan is-salib li għandi fuqi hawnhekk għandu, fil-fatt, miktub hekk madwaru: kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi; u, jekk taqilbu, in-naħa ta’ wara, hawn l-opri tal-ħniena li semma Ġesù llum fl-Evanġelju… Read more »

Help my unbelief – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiena nemmen! Għinni fil-fidi nieqsa tiegħi” (Mk 9:24). Din it-talba sabiħa li għamel dan ir-raġel f’dan ir-rakkont li għadna kemm smajna tagħtina l-messaġġ l-iktar importanti f’din il-ġrajja tal-lum.

Hawnhekk għandna lil Ġesù, flimkien ma’ Pietru, Ġakbu u Ġwanni, li niżlu minn fuq il-muntanja fejn kien hemm il-ġrajja tat-Trasfigurazzjoni, u ltaqa’ ma’ kotra ta’ nies. Kien hemm in-nies li kienu qed jitlewmu bejniethom, xi ħaġa kienet qed tiġri… Read more »

Embracing life with compassion until the end

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

In the quiet rooms of hospitals and hospice centres, where time seems to stand still, countless people face the heavy burdens of severe illness and the approach of death. These moments are fraught with pain, fear, and sometimes an overwhelming sense of helplessness. It is here, in these tender spaces, that our compassion is needed most through unwavering presence, empathy, and dignified care… Read more »

Disciples of Jesus – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja” (Mark 8:34). Dawn it-tlieta jsemmihom Ġesù għal min irid ikun dixxiplu tiegħu. Hu jgħid li min irid jimxi warajh għandu dawn it-tliet għażliet fil-ħajja li huma importanti.

X’jiġifieri “jiċħad lilu nnifsu”? Meta jien niċħad lili nnifsi, x’ifisser? Ġesù mhux qed jgħid li aħna ma għandniex infittxu li nkunu aħjar fil-ħajja, jew li niżviluppaw it-talenti tagħna, jew li anke li nfittxu tassew dak li fil-ħajja jgħinna biex nimxu ’l quddiem… Read more »

A sigh that has great meaning – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tniehed tnehida fih innifsu” (Mk 8:12). Din hija r-reazzjoni ta’ Ġesù, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Mark, meta jiġu l-Fariżej u jitolbuh sinjal mis-sema. Hawnhekk, fl-Evanġelju, jgħid li Ġesù l-ewwel reazzjoni kienet li tniehed tnehida fih innifsu – tnehida ta’ frustrazzjoni u fl-istess waqt ukoll ta’ tbatija minħabba li dawn in-nies daqshekk rashom iebsa u qalbhom magħluqa. Imbagħad qalilhom: “Ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel” (Mk 8:12)… Read more »

Blessed is the one who trusts in the Lord – Bishop Galea‑Curmi

  The Parish Church of Saint Joseph, Manikata

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Imbierek il-bniedem li jittama fil-Mulej, u l-fiduċja tiegħu fil-Mulej” (Ġer 17:7). Dan hu li għadna kif smajna llum fl-Ewwel Qari mill-Profeta Ġeremija, u li tlabna wkoll flimkien fis-Salm: “Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu” (Salm 40:5). Dan hu li qed niċċelebraw illum, speċjalment f’din l-okkażjoni tal-ħamsin sena ta’ din il-Parroċċa tal-Manikata.

Gratitudni lejn tant nies

Tagħna hi ċelebrazzjoni tat-tama fil-Mulej… Read more »

So that our efforts bear fruit – Bishop Galea‑Curmi

Mass organized by Europa Donna Malta

  St. Agatha Church, Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“La qiegħed tgħid int, ħa nkala x-xbiek” (Lq 5:5). Dan il-kliem ta’ Xmun Pietru għandu tifsira importanti ħafna f’din il-ġrajja li smajna llum. Hu marbut mal-kelma li jgħid Ġesù. “La qiegħed tgħid int”, jgħidlu, jiġifieri: il-kelma tiegħek għandha valur kbir.

Ħa nħarsu ftit lejn dawk li jieħdu sehem f’dan ir-rakkont marbut mal-kelma, li jurina lil Ġesù f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret… Read more »