Homilies by the Auxiliary Bishop

The leading energy and the ultimate goal – Bishop Galea‑Curmi

Homily on the profession of perpetual vows of Sr Margaret Barnabas

  Daughters of the Sacred Heart, Fleur de Lys

Homily by Bishop Joseph Galea-Curmi

My dear sisters and brothers in Christ, today we gather with great joy to witness and celebrate a profound moment of grace — the profession of perpetual vows of Sr Margaret Barnabas. Today, she stands before us, before the Superior General of the Daughters of the Sacred Heart and her fellow religious, and, more importantly, before God, to make a total, commitment to a life of poverty, chastity, and obedience… Read more »

To have everlasting life – Bishop Galea‑Curmi

  Dar Ħanin Samaritan Chapel, Santa Venera

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“X’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” (Mk 10:17) Din hija l-mistoqsija li għamel dan ir-raġel lil Ġesù, kif rajna llum fl-Evanġelju skond San Mark. L-Evanġelju jgħid illi dan mar jgħaġġel, inxteħet għalkupptejh, u għamillu din il-mistoqsija. Kellu ħerqa biex ikun jaf x’għandu jagħmel biex jikseb il-ħajja ta’ dejjem.

Din hija mistoqsija importanti ħafna. Aħna nemmnu li hemm il-qofol: li aħna naħsbu tassew mhux biss f’din il-ħajja ta’ issa, is-snin li ngħixu hawn, imma fil-ħajja li tibqa’, li tmur lil hinn għall-ħajja ta’ dejjem… Read more »

Strengthening the environment of well-being – Bishop Galea‑Curmi

  Mount St Joseph Retreat House, Mosta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù kien kemm-il darba mgħajjar b’diversi kliem. Kien hemm min qal li kien wikkiel u sakranazz, kien hemm min qal li għandu fih spirtu ħażin u li għandu fih xitan. Kien jaqla’ diversi tgħajjir u insulti.

Imma forsi tal-lum hija l-agħar. Fl-Evanġelju jgħidu li dak li qed jagħmel, qed jagħmlu bis-saħħa tax-xitan, għalhekk li hu strument tax-xitan. U dan qed jgħidu għall-ġid li qed jagħmel… Read more »

God’s house that welcomes everyone – BishopGalea‑Curmi

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien 322 sena ilu bħal-lum meta din il-knisja ġiet ikkonsagrata, u minn dak iż-żmien bqajna dejjem niċċelebraw f’din il-ġurnata l-anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-Katidral.

X’inhu l-iskop ta’ din il-festa tal-konsagrazzjoni tal-Katidral? Nixtieq insemmi tliet punti li jgħinuna nagħrfu l-valur ta’ din il-festa għal ħajjitna.

Bini qaddis

L-ewwel nett, dan hu bini qaddis. Aħna nidħlu fil-knisja biex niltaqgħu mal-Mulej. Nidħlu biex inqimuh, biex nisimgħu l-kelma tiegħu, biex qalbna tkun mal-qalb tiegħu u, timtela bl-imħabba tiegħu, u biex nitkellmu miegħu u niftħu qalbna miegħu – miegħu naqsmu l-esperjenzi differenti tal-ħajja tagħna… Read more »

Not with a closed heart – Bishop Galea‑Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“U l-proxxmu tiegħi min hu?” (Lq 10:29) Din kienet it-tieni domanda li għamel lil Ġesù l-għaref tal-liġi, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Luqa. L-ewwel kien staqsieh x’jagħmel biex jiret il-ħajja ta’ dejjem, u kien hu stess li wieġeb għal dak li qal Ġesù – li int għandek tħobb lill-Mulej Alla “b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha u b’moħħok kollu u l-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (Lq 10:27)… Read more »

Spread happiness – Bishop Galea‑Curmi

  The Parish Church of St Cajetan, Ħamrun

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Xerrdu l-ferħ minn qlubkom hienja”. Dan hu l-bidu tal-Innu popolari lil San Gejtanu, u żgur li jesprimi dak li tħossu issa li San Gejtanu reġa’ lura f’daru, hawnhekk fil-knisja Arċipretali ddedikata lilu, il-Ħamrun.

Imma kien dan il-ferħ ukoll li ħafna ħassew f’din l-esperjenza speċjali, unika, li l-vara ta’ San Gejtanu ħalliet il-Ħamrun biex tmur Ruma fl-okkażjoni tal-ħames ċentinarju tal-professjoni solenni ta’ San Gejtanu minn Thiene u l-ewwel imsieħba tiegħu, it-Teatini, li kienet saret fil-Bażilka ta’ San Pietru, il-Vatikan, nhar l-14 ta’ Settembru, 1524… Read more »

“Do not stop them” – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the 27th Sunday in Ordinary Time

  Chapel of Our Lady of Victories, Ħ'Attard

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm sentenza li hija ripetuta llum, tissemma fl-ewwel qari mill-ktieb tal-Ġenesi, kif ukoll fl-Evanġelju skont San Mark: “Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u ’l ommu, u  jingħaqad ma’ martu, u t-tnejn isiru ġisem wieħed” (Ġen 2:24; Mk 10:7).

Ġesù fl-Evanġelju jenfasizza li dan huwa l-pjan ta’ Alla għall-ħajja miżżewġa: li raġel u mara jingħaqdu flimkien u jsiru ħaġa waħda… Read more »

Rebuild my church – Bishop Galea‑Curmi

Mass for the workers of the Curia and of the Secretariat for Catholic Education.

  St. Publius Parish Church, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Franġisku, erġa’ ibni l-Knisja tiegħi”. Dan huwa l-messaġġ li rċieva San Franġisk ta’ Assisi wara żogħżija li kienet imqallba. Kien fittex ħafna affarijiet li jistgħu jimlewlu qalbu, imma qalbu ma kinetx mimlija b’dak li xtaq. Missieru riedu jkompli l-karriera tal-kummerċ, imma hu ma xtaqx. Darba minnhom, daħal fil-knisja antika ta’ San Damjan, u qagħad quddiem il-kurċifiss. Hemmhekk sema’ dan il-messaġġ: “Franġisku, m’intix qed tara li l-Knisja qiegħda tiġġarraf? … Read more »

The most beautiful thing we can have is peace in our hearts – The Auxiliary Bishop on the Day of the Elderly

  The Basilica of Christ the King, Paola

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nixtieq ngħid kelma ta’ apprezzament lilkom ilkoll li ġejtu għal din iċ-ċelebrazzjoni. Kemm hi ħaġa sabiħa miġburin flimkien biex nirringrazzjaw lil Alla, u nitolbu l-barka tiegħu. U nixtieq ngħid kemm għandna napprezzaw lilkom l-anzjani, kull wieħed u  waħda minnkom, għax intom teżor fil-Knisja u fis-soċjetà.

Kull meta niltaqgħu ma’ min illum hu anzjan u anzjana, niftakru għaliex ħafna drabi jfakkruna huma dak kollu li jkunu għaddew fl-esperjenzi tas-snin; hi esperjenza li tgħallem u li tagħti ħafna għerf… Read more »

Signs of hope – Bishop Galea-Curmi on the opening of the Forensic Year

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mill-bqija, ħuti, f’dan għandkom taħsbu: f’kulma hu veru, f’kulma hu xieraq, f’kulma hu ġust, f’kulma hu safi, f’kulma jiġbed l-imħabba, f’kulma jistħoqqlu l-ġieħ, f’kulma hu virtù, f’kulma ħaqqu t-tifħir; f’dan kollu aħsbu” (Fil 4:8)

Il-kliem li smajna ta’ San Pawl lill-Filippin jippreżenta sfida qawwija lilna lkoll. Nixtieq nipproponi partikularment dan il-kliem għar-riflessjoni tagħkom fil-bidu tas-Sena Forensi, għax jgħinkom biex tkunu sinjali ta’ tama fis-soċjetà Maltija… Read more »