Featured

St Joseph: a loving heart in silence and obedience – The Archbishop

Holy mass on the feast of St Joseph

  The Church of St Mary of Jesus (Ta' Ġieżu), Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena l-festa għażiża ta’ San Ġużepp, li niċċelebraw ta’ kull sena fid-19 ta’ Marzu, għandha sinifikat profond. Il-Papa Franġisku li beda l-ministeru tiegħu bħala papa bħal-lum tmien snin, għax għażel il-festa ta’ San Ġużepp biex jibda l-ministeru tiegħu bħala papa, ħabbar li din is-sena hija ddedikata lil San Ġużepp.

Għalina hija sena li diffiċilment ninsewha minħabba wkoll is-saram tal-pandemija… Read more »

At work until now – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Missieri għadu jaħdem sa issa. Mela naħdem jien ukoll”. Smajna dan il-kliem ta’ Ġesù li hu jgħid lill-ġemgħa tal-Lhud, proprju fl-Evanġelju tal-lum skont San Ġwann. Xi jrid jgħid biha li l-Missier “għadu jaħdem”? X’inhi din il-ħidma? Nifhmu dal-kliem ta’ Ġesù meta naraw ir-rakkont li ġie qabel, il-fejqan ta’ bniedem li kien ilu 38 sena marid, u Ġesù qallu: “Qum, aqbad friexek, u imxi”… Read more »

A word that comes to pass – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm seba’ darbiet, tista’ tgħid, fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, meta Ġesù jagħmel dak li normalment insejħulu ‘miraklu’. Imma f’San Ġwann jissejjaħ “sinjal”. Hawn, fis-silta li għadna kemm smajna, hu t-tieni sinjal li għamel Ġesù wara dak li kien għamel f’Kana tal-Galilija, meta biddel l-ilma fi nbid.

X’inhuma dawn is-sinjali? Għaliex jissejħu ‘sinjali’? X’juruna? Huma sinjali li juruna li Ġesù hu l-Messija, l-Iben ta’ Alla… Read more »

The centre of the Christian life – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

Quddiesa tar-Raba' Ħadd tar-Randan

Knisja Parrokjali ta' Marija Annunzjata – Ħal Balzan – Imexxi Mons. Isqof Joe Galea Curmi – 14/03/2021

Posted by Parroċċa Balzan – Balzan Parish on Sunday, March 14, 2021 L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm sentenza fl-Evanġelju ta’ San Ġwann illum li baqgħet tissemma ħafna, u bir-raġun, għaliex tiġbor fiha l-iktar ħaġa essenzjali tal-Aħbar it-Tajba. Ġesù jgħid lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem.” U jkompli jispjega… Read more »

Forgive us as we forgive – Bishop Galea-Curmi

Mass in memory of the victims of the Covid-19 pandemic and their relatives as well as all those committed to fighting the pandemic

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù jsemmi waħda mill-karatteristiċi prinċipali tagħna bħala Nsara – il-maħfra – u jgħid li għandna naħfru dejjem, u li għandna niftakru li kif Alla jaħfer lilna, hekk għandna naħfru aħna lill-oħrajn.

Hu diffiċli li taħfer. Pietru, fl-Evanġelju tal-lum, ħaseb li se jkun ġeneruż meta lil Ġesù qallu: Mulej, xi kemm-il darba rrid naħfer? Sa seba’ darbiet? Ħaseb li qed jgħidlu ħafna… Read more »

A violent reaction when hearing the truth – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li tolqotna r-reazzjoni vjolenti tan-nies meta semgħu lil Ġesù jitkellem fis-sinagoga ta’ Nażaret, f’pajjiżu. Kultant fl-Evanġelju nsibu li n-nies, meta jitkellem Ġesù, jew imeruh jew ma jaċċettawhx, imma hawnhekk l-Evanġelju jgħidilna li “kulħadd imtela bil-korla”. Mhux biss, imma ħarġuh ’il barra, u ried jixħtuh għal isfel mill-għolja, l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt. Attentat ta’ qtil!

Tolqotna aktar u aktar din ir-reazzjoni meta naraw ir-rakkont sħiħ… Read more »

God’s house is not a marketplace – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Second Sunday of Lent

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja ta’ meta  Ġesù daħal fit-tempju u beda jkeċċi lin-nies li kienu ġewwa jbigħu l-annimali, u jaqleb l-imwejjed ta’ dawk li kienu qed isarrfu l-flus, kienet ġrajja li baqgħet f’moħħ ħafna nies. Impressjonat lil ħafna nies. Fil-fatt, hi waħda mill-ġrajjiet li nsibuha rrakkuntata fl-Evanġelji kollha.  

Meta tara ġrajja bħal din, għall-bidu tgħid: imma Ġesù x’ġaralu? Għax aħna ma nafuhx daqshekk irrabjat! … Read more »

Obeying God because he loves us and not out of fear of being punished – The Archbishop

Mass on the Third Sunday of Lent during which prayers were offered for the Apostolic Journey to Iraq by Pope Francis

  The Chapel of the Good Shepherd, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-episodju, li għadna kemm smajna, huwa episodju li nsibuh fl-erba’ Evanġelji. Mhux kollox li jkun hemm f’Evanġelju nsibuh f’evanġelju ieħor. Imma dan l-episodju ta’ meta Ġesù mar it-tempju u keċċa l-bejjiegħa tat-tempju, meta Ġesù jidher quddiemna pjuttost irrabjat, dan huwa inċident li tant impressjona lill-komunità tad-dixxipli, li mhux biss baqa’ jissemma imma f’kull komunità kien ukoll memorja ħajja ħafna… Read more »

Let’s let Jesus be the cornerstone of our lives – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-poplu Lhudi kien iqis l-għalqa tad-dwieli bħala ħaġa għażiża ħafna. Kien jieħu ħsieb l-għalqa tad-dwieli b’għożża. Għalhekk fl-Iskrittura nsibu lil Alla li jqabbel ir-rabta tiegħu ta’ mħabba kbira għall-poplu ma’ din l-għalqa tad-dwieli. Fil-fatt insibu, pereżempju, f’Iżaija l-Mulej jgħid: “Ħa ngħanni lill-maħbub tiegħi l-għanja ta’ mħabbtu għall-għalqa tad-dwieli tiegħu” (Iżaija 5:1).  

Għalhekk fl-Evanġelju Ġesù jgħid parabbola li fiha hemm sid li jqabbel l-għalqa lil xi bdiewa biex jieħdu ħsiebha… Read more »

Free from chains – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju llum huwa kliem li jidher diffiċli biex tgħixu. Ġesù qal li ma għandniex niġġudikaw, ma għandniex nikkundannaw, għandna naħfru, nagħtu u nħennu bħalma jħenn għalina Missierna tas-sema. Hu kliem li jidher diffiċli, imma hu dan li jgħid Ġesù li jista’ jġib il-paċi fil-qalb tagħna u s-serenità, u jgħinna biex inkunu ħielsa.

X’jiġifieri meta Ġesù jgħid li ma niġġudikawx u ma nikkundannawx? … Read more »