Featured

He was really the son of God – Bishop Galea-Curmi

Mass on Palm Sunday

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dan il-bniedem kien tassew bin Alla!” Dan kien il-kliem li qal iċ-ċenturjun li kien hemm ħdejn Ġesù msallab, fil-konklużjoni tal-passjoni tiegħu, hekk kif Ġesù miet. Dan hu l-messaġġ importanti li jrid iwasslilna l-Evanġelista San Mark fl-Evanġelju tiegħu: li Ġesù li kien bin Alla għadda minn din il-passjoni kollha, biex lilna jsalvana, biex lilna jagħtina l-ħajja.

Il-passjoni tolqtok bħala storja mimlija ħażen… Read more »

May it be done to me according to your word – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Solemnity of the Annunciation of the Lord

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hi providenzjali li l-festa, solennità, li qed niċċelebraw illum ta’ Marija Annunzjata hija lejlet iċ-ċelebrazzjoni tal-Madonna tad-Duluri.

Għall-ewwel, meta tara ż-żewġ ġrajjiet li jirrappreżentaw, tgħid: hemm baħar jaqsam! Hemm differenza kbira bejn ġrajja u oħra.

Żewġ ġrajjiet f’kuntrast

Fil-fatt, fil-festa ta’ Marija Annunzjata aħna niċċelebraw il-bidu tal-ħajja, il-bidu tal-ħajja ta’ Ġesù proprju fil-mument tat-tnissil. Għalhekk hi ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja… Read more »

Mother of hope – Bishop Galea-Curmi

Holy Mass on the feast of Our Lady of Sorrows

  The Church of St Mary of Jesus (Ta’ Ġieżu), Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-invokazzjonijiet li l-Papa Franġisku dan l-aħħar żied fil-Litanija tal-Madonna hija “Omm it-tama”. Lil Marija aħna nqimuha u nħarsu lejha bħala “Omm it-tama”. U meta nħarsu lejha taħt is-salib, meta hi wieqfa imma siekta, taqsam it-tbatija ma’ binha u tbati hi wkoll, hemmhekk narawha tassew bħala Omm it-tama.

Kienet it-tama li dejjem mexxiet lil Marija fil-ħajja tagħha. Hi għarfet li t-tama tfisser li int tqiegħed il-fiduċja tiegħek fil-Kelma ta’ Alla, li jkun hu li jmexxik… Read more »

A ‘yes’ of mother and son – The Archbishop

Mass on the Solemnity of the Annunciation of the Lord

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li l-festa tal-lum tinġabar fir-responsorju li tlabna fis-Salm Responsorjali tal-lum: “Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek” (S 39:8-9). ‘Hawn jien, Mulej, ġejja nagħmel ir-rieda tiegħek.’

Għaliex illum jiltaqħu mhux ‘iva’ waħda imma tnejn: l-‘iva’ tal-omm u l-‘iva’ tal-iben. Lill-Missier jgħidlu: “Vittmi tal-ħruq u tat-tpattija int ma tlabtx imbagħad jien għedt: ‘Hawn jien ġej’ (ara Lhud 10:6-7)”… Read more »

Pope at Audience: Praying in communion with Mary

  The Vatican

Dear brothers and sisters, good morning!

Today the catechesis is dedicated to prayer in communion with Mary. It occurs precisely on the Vigil of the Solemnity of the Annunciation. We know that the main pathway of Christian prayer is the humanity of Jesus. In fact, the confidence typical of Christian prayer would be meaningless if the Word had not become incarnate, giving us in the Spirit His filial relationship with the Father… Read more »

The truth sets us free – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tagħrfu l-verità, u l-verita teħliskom.” Dan hu l-kliem li Ġesù qal lil-Lhud f’wieħed mill-battibekki li kellu magħhom. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann insibu mumenti fejn Ġesù jagħmel diskursata sħiħa man-nies; huma jgħidulu ħaġa, u hu jgħidilhom ħaġa oħra. Hawn jgħidilhom: “Jekk iżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħu, u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.” Huma ħaduha bi kbira li qed isemmi l-ħelsien, li jridu jinħelsu minn xi ħaġa… Read more »

Let’s understand who Jesus truly is through prayer – The Archbishop

Mass in the memorial of Bishop St Turibius of Mogrovejo

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u noqorbu lejn l-Għid nisimgħu iżjed lil Ġesù, b’mod speċjali fis-siltiet mill-Evanġelju skont San Ġwann, iħeġġeġ lil-Lhud, lill-kapijiet, lil dawk li qegħdin jisimgħuh għall-fidi.

Il-fidi li tfisser li jintelqu f’idejh, l-Iben tal-Missier, u minnu jirċievu l-ħelsien minn dnubiethom. Hija ħarxa dik il-kelma li jgħidilhom: “Intom se tmutu fid-dnub tagħkom […] se tmutu fi dnubietkom” (Ġw 8:24) jirrepetiha kemm-il darba… Read more »

He saved her life and her dignity – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tal-mara li nqabdet f’adulterju hi ġrajja rrakkuntata biss fl-Evanġelju ta’ San Ġwann.  Għandha ħafna x’tgħallimna għal ħajjitna. L-Iskribi u l-Fariżej ġabu lil din il-mara quddiem Ġesù, u skont il-liġi, suppost kellhom iħaġġruha. Imma ġew għand Ġesù mhux biex jieħdu l-parir tiegħu, imma biex ikollhom fuq xiex jixluh, iġibuh dahru mal-ħajt.

Dan għaliex jekk Ġesù jgħidilhom “imxu skont il-liġi”, huma jgħidulu: “fejn hu t-tagħlim tiegħek ta’ ħniena u ta’ mħabba?” U jekk Ġesù jgħidilhom: “tħaġġruhiex”, jgħidulu: “int ma tridx timxi skont il-liġi”… Read more »

We would like to see him – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Fifth Sunday of Lent

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nixtiequ naraw lil Ġesù.” Din hi x-xewqa li kellhom dawn in-nies Griegi li xtaqu jaraw lil Ġesù. Ma kinux parti mill-grupp li jkun madwar Ġesù, għalhekk marru sabu dixxiplu tiegħu, lil Filippu, u qalulu b’din ix-xewqa: “Nixtiequ naraw lil Ġesù”. U Filippu u Indrì miegħu ħaduhom għand Ġesù.

X’kienet ir-reazzjoni ta’ Ġesù? L-ewwel kelma tiegħu kienet: “Waslet is-siegħa li bin il-bniedem ikun igglorifikat”… Read more »

Silent and kind – Bishop Galea-Curmi

Holy mass on the feast of St Joseph

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fommu mitbuq u qalbu f’idu. Din naraha deskrizzjoni sabiħa u f’waqtha ta’ San Ġużepp. Meta tara fejn jissemma fl-Evanġelju, dejjem tarah bħala bniedem li qiegħed fil-kwiet, jagħmel dak li għandu jagħmel, jagħmlu bl-imħabba; imma qatt mhu fiċ-ċentru. Il-Papa Franġisku, fl-Ittra Appostolika li ħareġ B’qalb ta’ Missier (Patris corde), biex jistedinna f’din is-sena nirriflettu b’mod speċjali fuq dan il-qaddis, jgħid li hu kien dejjem qisu fid-dell; fid-dell, imma hemmhekk jagħmel dak li għandu jagħmel u jagħmlu b’ħafna mħabba… Read more »