The abundance that the Living Christ brings us – Bishop Galea-Curmi
09/04/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Sejjer nistad”. Hekk qal Xmun Pietru lil sħabu – kienu sitta oħra mid-dixxipli ta’ Ġesù – u dawn qalulu: niġu miegħek. Meta Pietru jgħid “Sejjer nistad”, qisu qed jgħid: se mmur lura għall-ħajja ta’ qabel ma sejjaħli Ġesù, il-ħajja ta’ sajjied. Flok, kif kien qallu Ġesù, li jagħmlu “sajjied tal-bnedmin”, ikompli bil-ħajja ta’ sajjied li jaqbad il-ħut.
Kien għalihom diżappuntanti li għamlu lejl sħiħ u ma qabdu xejn; dawn kienu jifhmu fis-sajd, imma dak il-lejl ma rnexxilhomx jaqbdu ħut… Read more »














